Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Monthly Medjugorje Messages

Monthly Medjugorje Messages - Latest of year 2010

Għeżież uliedi! Illum Jien u Ibni nixtiequ nagħtukom abbundanza ta' hena u ferħ sabiex kul wieħed minnkom jista' ikun messaġġier ferħan u xhud tal-paċi u l-hena fil-postijiet fejn tgħixu. Tfal ċkejknin, kunu barka u kunu sliem. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Inħares lejkom u nara fi qlubkom mewt mingħajr tama, qlub bla kwiet u bil-ġuħ. M' hemmx talb jew tama f' Alla, u għalhekk l-Iktar Għoli jippermettili niġi biex inġibilkom it-tama u l-hena. Infetħu. Iftħu qlubkom għall-ħniena ta' Alla u Hu jagħtikom kull ma teħtieġu u jimla lil qlubkom bil-paċi, għaliex Huwa l-paċi u t-tama tagħkom. Grazzi talil weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, jalla dan iż-żmien ikun żmien ta' talb għalikom. Is-sejħa tiegħi tfal ċkejknin, tixtieq tkun għalikom sejħa sabiex tiddeċiedu li ssegwu t-triq tal-konverżjoni; għaldaqstant itolbu u fittxu l-interċessjoni tal-qaddisin kollha. Jalla huma jkunu għalikom eżempju, inċentiv u hena lejn il-ħajja ta' dejjem. Grazzi talli weġibtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Illum ninsab magħkom u nberikkom bil-barka materna tiegħi tal-paċi u nħeġġiġkom biex tgħixu l-ħajja tagħkom tal-fidi dejjem iktar għax għadkom dgħajfa u m' intomx umli. Inħeġġiġkom tfal ċkejknin li titkellmu inqas u li taħdmu iktar fuq il-konverżjoni personali tagħkom sabiex ix-xhieda tagħkom tagħti l-frott. U jalla ħajjitkom tkun talba bla waqfien. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! B' ferħ kbir illum ukoll nixtieq insejħilkom mill-ġdid: itolbu, itolbu, itolbu. Jalla dan ikun żmien ta' talb personali għalikom. Matul il-jum, sibu post fejn tistgħu tinġabru u titolbu bil-ferħ. Jiena nħobbkom u nberikkom ilkoll. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Mill-ġdid insejħilkom biex timxu warajja bil-ferħ. Nixtieq immexikom ilkoll lejn Ibni, is-Salvatur tagħkom. M' intomx konxji li mingħajru, m' għandkomx hena u paċi, lanqas futur u ħajja eterna. Għaldaqstant tfal ċkejknin, għamlu użu tajjeb ta' dan iż-żmien ta' talb ferrieħi u ta' abbandun. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-mod ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-dinja. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Gheziez uliedi! F'dan iz-zmien fejn intom qeghdien titolbu u tfittxu l-intercessjoni tieghi, insejhilkom tfal ckejknin sabiex titolbu halli permezz tat-talb taghkom Jiena nkun nista' nghinkom biex qlubkom ikunu dejjem iktar miftuha biex jilqghu l-messaggi tieghi. Itolbu ghall-intenzjonijiet tieghi. Jiena maghkom u nintercedi ghal kull wiehed u wahda minnkom quddiem Ibni. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Għeżież uliedi! Illum ukoll nixtieq insejħilkom biex tkunu b' saħħitkom fit-talb u fil-waqtiet meta jattakkawkom il-provi. Għixu l-vokazzjoni kristjana tagħkom fil-ferħ u fl-umilta' u ixhdu quddiem kulħadd. Jiena magħkom u nġorrkom ilkoll quddiem Ibni Ġesu', u Hu jkun is-saħħa u l-appoġġ tagħkom. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien ta' grazzja, meta n-natura qed thejji ruhha biex taghti l-isbah ilwien tas-sena, insejhilkom tfal ckejknin sabiex tifthu qlubkom ghal Alla l-hallieq halli Hu jittrasformakom u jiffurmakom fl-ixbiha tieghu, sabiex it-tajjeb kollu li raqad fi qlubkom jerga' jqum ghall-hajja gdida u jixxennaq ghall-eternita'. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! Jalla dan iz-zmien ikun zmien ta' talb personali ghalikom sabiex iz-zerriegha tal-fidi tikber fi qlubkom; u jalla tikber f' xhieda ferrihija ghal ohrajn. Jiena maghkom u nixtieq nispirakom ilkoll: ikbru u ifirhu fil-Mulej li halaqkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]