Our Lady of Medjugorje Messages by month Gunju
Languages:
English,
Afrikaans,
العربية,
Български,
Беларуская,
Català,
Čeština,
Deutsch,
Español,
Français,
Hrvatski,
Italiano,
Kiswahili,
Latviešu,
Magyar,
Malti,
Nederlands,
Norsk,
Polski,
Português,
Română,
Русский,
Shqip,
Slovenčina,
Slovenščina,
Suomi,
Svenska,
Tagalog,
Tiếng Việt,
Українська,
زبان_فارسی
“Għeżież uliedi! Illum insejħilkom biex bit-talb u s-sawm, tnaddfu t-triq li minnha jgħaddi Ibni fi qlubkom. Aċcettawni bħala omm, u bħala messaġġiera ta' l-imħabba t' Alla u tax-xewqa tiegħu ghas-salvazzjoni tagħkom. Eħilsu lilkom infuskom minn dak kollu li jtaqqalkom mill-passat u jagħtikom sens ta' ħtija; minn dak kollu li wassalkom għall-iżball - għad-dlam. Aċcettaw id-dawl. Erġgħu twieldu mill-ġdid fil-ġustizzja ta' Ibni. Grazzi. ”
Reflection of message
“Gheziez uliedi Ifirhu mieghi, ikkonvertu bil-ferh u roddu hajr lil Alla tad-don tal-prezenza tieghi fostkom. Itolbu sabiex fi qlubkom Alla jkun fic-centru ta' hajjitkom u b' hajjitkom ixhdu wliedi ckejknin sabiex kull hlejqa tkun tista' thoss l-imhabba t' Alla. Kunu idejja mifruxa fuq kull hlejqa biex din toqrob dejjem iktar lejn Alla ta' l-imhabba. Inberikkom bil-barka tieghi ta' omm. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi. ”
“Gheziez uliedi! Imhabbti qed tgharrex ghall-imhabba shiha u bla kundizzjonijiet taghkom, li ma thallikomx l-istess kif intom izda tibdilkom u tghallimkom tafdaw f' Ibni. Uliedi, b' imhabbti qed insalvakom u qed naghmilkom xhieda veri tat-tjubija ta' Ibni.Ghalhekk uliedi, tibzghux tixhdu ghall-imhabba f' isem Ibni. Grazzi. ”
“Gheziez uliedi! Illum ukoll, b' ferh kbir gewwa qalbi insejhilkom biex timxu warajha u tisimghu l-messaggi tieghi. Kunu messaggiera ferrieha tal-paci u l-imhabba f' din id-dinja bla sliem. Jiena maghkom u nberikkom flimkien ma' Ibni, is-Sultan tal-Paci. ”
“Gheziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-fidi u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija*, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid. Itolbu biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-fidi u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom. ”
*Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk kollha prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.
To compare Medjugorje messages with another language versions choose