Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'tad'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'tad'

Total found: 7
Gheziez uliedi! Anke llum insejhilkom ghat-talb. Jalla t-talb ghalikom ikun bhal dik iz-zerriegha li intom tqieghdu f' qalbi u li Jien nghaddihielkom lil Gesu ghas-salvazzjoni ta' rwiehkom. Nixtieq tfal ckejknin li lkoll kemm intom issiru thobbu l-hajja eterna li hi l-futur taghkom, u li l-affarijiet tad-dinja jkunu ghalikom ta' ghajnuna sabiex iqarrbukom iktar lejn Alla l-Hallieq. Ninsab maghkom daqshekk fit-tul ghax qeghdien fuq il-moghdija l-hazina. Bl-ghajnuna tieghi biss, tfal ckejknin, tistghu tifthu ghajnejkom. Hemm hafna li bl-ghixien tal-messaggi li qed naghtikom qed jifhmu li jinsabu fuq it-triq tal-qdusija lejn l-eternita. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Skond Mirjana l-Madonna dehret qalbha sewda u tat biss dan il-messagg u l-barka taghha:
Gheziez uliedi! Issa diga ili ghal hafna zmien noffrilkom il-qalb materna tieghi u lil Ibni. Intom qeghdien tirrifjutawni. Qed thallu lid-dnub jahkimkom dejjem iktar u iktar. Qed thalluh isir is-sid taghkom u jnehhilkom il-qawwa tad-dixxerniment. Tfal foqra tieghi, harsu madwarkom u araw is-sinjali taz-zminijiet.Tahsbu li tistghu tghaddu minghajr il-barka t' Alla? Thallux lid-dlam jaghlaqkom. Minn qiegh qalbkom sejhu lil Ibni. Ismu jkecci anke l-izjed lejl mudlam. Jiena nkun maghkom, sejhuli biss, 'Ahna hawn Ma, mexxina.' Grazzi.

Gheziez uliedi Ifirhu mieghi, ikkonvertu bil-ferh u roddu hajr lil Alla tad-don tal-prezenza tieghi fostkom. Itolbu sabiex fi qlubkom Alla jkun fic-centru ta' hajjitkom u b' hajjitkom ixhdu wliedi ckejknin sabiex kull hlejqa tkun tista' thoss l-imhabba t' Alla. Kunu idejja mifruxa fuq kull hlejqa biex din toqrob dejjem iktar lejn Alla ta' l-imhabba. Inberikkom bil-barka tieghi ta' omm. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Għeżież uliedi, illum inberikkom b' mod speċjali u nitlob għalikom sabiex terġgħu lura lejn it-triq it-tajba lejn Ibni - is-Salvatur u r-Redentur tagħkom - lejĦ li takom il-ħajja ta' dejjem. Irriflettu fuq dak kollu li hu uman, fuq dak kollu li ma jħallikomx tmorru wara Ibni - fuq dak kollu li jgħaddi, l-imperfezzjonijiet u l-limitazzjonijiet - u mbagħad aħsbu fuq Ibni fuq l-infinita' Divina tiegħu. Bl-abbandun (f'Alla) u bit-talb tagħkom qaddsu lil ġisimkom u pperfezjonaw lil ruħkom. Kunu mħejjija wliedi. Grazzi.
Waqt li l-Madonna kienet sejra, Mirjana rat salib kbir tad-deheb wara l-Madonna.

Għeżież uliedi, qed tinġabru madwari, qed tfittxu triqitkom, qed tfittxu, tfittxu l-verita' iżda qed tinsew dak li hu l-iktar importanti, qed tinsew titolbu sewwa. Xuftejkom ilissnu ħafna kliem, iżda l-ispirtu tagħkom ma jħoss xejn. Waqt li tiġġerrew fid-dlam, saħansitra qed timmaġinaw lil Alla nnifsu skont ma taħsbu intom, u mhux kif inhu tassew f' imħabbtu. Għeżież uliedi, it-talb sew joħroġ mill-fond tal-qalb, mit-tbatija tagħkom, mill-ferħ tagħkom, filli tfittxu l-maħfra tad-dnubiet. Din hi l-mogħdija li permezz tagħha tgħarfu lil Alla l-veru, u permezz tagħha anke lilkom nfuskom, għax intom ġejtu maħluqa skont Hu. It-talb jwassalkom għat-twettiq tax-xewqa tiegħi, tal-missjoni tiegħi fostkom, għall-għaqda fil-familja ta' Alla. Grazzi.
Mirjana ma kienitx f' Medjugorje għad-dehra llum. Qaltilna li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti, irringrazzjathom u talbitna nitolbu għas-saċerdoti.

Għeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.

Għeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb kollha, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-dinja għalikom biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn għalikom biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk kollha li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom: itolbu għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]