Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'rieda'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'rieda'

Total found: 5
Gheziez uliedi! B' mod specjali nitlobkom ilkoll sabiex titolbu ghall-intenzjonijiet tieghi, halli permezz ta' talbkom tkunu tistghu twaqqfu l-pjanijiet tax-xitan fuq din id-dinja, li kuljum hi dejjem iktar 'l boghod minn Alla u li qed tqieghed lilha nnifisha fil-post ta' Alla u qed teqred dak kollu li hu sabih u tajjeb fir-ruh ta' kull wiehed minnkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin, ipprotegu lilkom infuskom bit-talb u s-sawm halli tkunu konxji kemm Alla jhobbkom u tkunu tistghu twettqu r-rieda t' Alla. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Għeżież uliedi! B' perseveranza materna u b' imħabba qed inġibilkom id-dawl tal-ħajja sabiex jeqred id-dlam tal-mewt fikom. Tirrifjutawnix uliedi. Ieqfu u ħarsu fikom infuskom u araw kemm intom midinbin. Kunu konxji ta' dnubietkom u itolbu maħfra. Uliedi, ma tixtiequx taċċettaw li intom dgħajfa u żgħar, iżda tistgħu tkunu b' saħħitkom u kbar billi twettqu r-rieda t' Alla. Agħtuni qlubkom imnaddfa sabiex jien indawwalhom bid-dawl tal-ħajja, Ibni. Grazzi.

Għeżież uliedi! Illum insejħilkom għall-għaqda f' Ibni Ġesu'. Il-qalb materna tiegħi titlob biex intom tifhmu li intom il-familja ta' Alla. Permezz tal-liberta' spiritwali tar-rieda, li l-Missier tas-sema takom, intom mitluba li tgħarfu l-verita', it-tajjeb jew il-ħażen. Jalla t-talb u s-sawm jiftħu qlubkom u jgħinukom tiskopru lill-Missier tas-Sema permezz ta' Ibni. Filli tiskopru lill-Missier, ħajjitkom tkun immexxiha filli twettqu r-rieda ta' Alla u fit-twaqqif tal-familja ta' Alla, fil-mod kif Ibni jixtieqha. Ma nħallikomx waħedkom fuq din il-mogħdija. Grazzi.
Matul id-dehra, Mirjana ħasset li setgħet jew kellha tgħid lill-Madonna, "Aħna lkoll ġejna għandek bit-tbatija u s-slaleb tagħna. B' ħerqa nitolbuk biex tgħinna." Bħala tweġiba, il-Madonna firxet idejha fuq Mirjana u fuq kull min kien preżenti u qalet:
Iftħu qlubkom għalija. Agħtuni t-tbatijiet tagħkom. L-Omm tgħin.

Għeżież uliedi! Illum b' mod speċjali nixtieq nistedinkom għall-konverżjoni. Mill-lum jalla tibda ħajja ġdida fi qlubkom. Uliedi, nixtieq nara l-'iva' tagħkom, u jalla ħajjitkom issir għajxien ferrieħi tar-rieda ta' Alla f' kull mument ta' ħajjitkom. B' mod speċjali llum, nberikkom bil-barka materna tiegħi ta' paċi, imħabba u għaqda f' qalbi u f' qalb Ibni Ġesu'. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex titwieldu mill-ġdid fit-talb, u permezz ta' l-Ispirtu s-Santu ssiru poplu ġdid flimkien ma' Ibni; poplu li jaf li jekk tilef lil Alla, tilef lilu innifsu; poplu li jaf li flimkien ma' Alla, għalkemm qalb tant tbatija u provi, huwa fiż-żgur u salv. Insejħilkom sabiex tinġabru fil-familja ta' Alla u li tissaħħu bil-qawwa tal-Missier. Bħala individwi, uliedi, intom ma tistgħux twaqqfu l-ħażen li jrid jibda jsaltan f' din id-dinja u jeqridha. Iżda skont ir-rieda ta' Alla, ilkoll flimkien, ma' Ibni intom tistgħu tbiddlu kollox u tfejqu lid-dinja. Insejħilkom sabiex titolbu b' qalbkom kollha għar-rgħajja tagħkom għaliex Ibni għażilhom. Grazzi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]