Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'qalbi'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'qalbi'

Total found: 9
Gheziez uliedi! Illum ukoll, b' ferh kbir gewwa qalbi insejhilkom biex timxu warajha u tisimghu l-messaggi tieghi. Kunu messaggiera ferrieha tal-paci u l-imhabba f' din id-dinja bla sliem. Jiena maghkom u nberikkom flimkien ma' Ibni, is-Sultan tal-Paci.

Gheziez uliedi, illum, bil-qalb tieghi ta' omm, insejhilkom lilkom hawn migbura madwari, sabiex thobbu lill-proxmu taghkom. Uliedi ieqfu! Harsu f' ghajnejn hukom u araw lil Gesu', Ibni. Jekk taraw ferh, ifirhu mieghu. Jekk hemm l-ugigh f' ghajnejn hukom, bil-hlewwa u t-tjubija taghkom, nehhuh ghax minghajr imhabba intom mitlufa. L-imhabba biss hija effettiva; hi twettaq il-mirakli. L-imhabba taghtikom l-ghaqda f' Ibni u r-rebha ta' qalbi. Ghaldaqstant uliedi, hobbu.
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu. Ghal darb' ohra regghet qaltilna sabiex nitolbu ghar-rghajja taghna.

Gheziez uliedi! Anke llum insejhilkom ghat-talb. Jalla t-talb ghalikom ikun bhal dik iz-zerriegha li intom tqieghdu f' qalbi u li Jien nghaddihielkom lil Gesu ghas-salvazzjoni ta' rwiehkom. Nixtieq tfal ckejknin li lkoll kemm intom issiru thobbu l-hajja eterna li hi l-futur taghkom, u li l-affarijiet tad-dinja jkunu ghalikom ta' ghajnuna sabiex iqarrbukom iktar lejn Alla l-Hallieq. Ninsab maghkom daqshekk fit-tul ghax qeghdien fuq il-moghdija l-hazina. Bl-ghajnuna tieghi biss, tfal ckejknin, tistghu tifthu ghajnejkom. Hemm hafna li bl-ghixien tal-messaggi li qed naghtikom qed jifhmu li jinsabu fuq it-triq tal-qdusija lejn l-eternita. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! Waqt li nhares lejkom, qalbi tieqaf bl-ugigh. Fejn sejrien uliedi? Gheriqtu tant fil-fond fi dnubietkom li ma tistghux tieqfu lilkom infuskom? Tiggustifikaw lilkom infuskom bid-dnub u tghixu skontu. Inzlu gharkubtejkom taht is-salib u harsu lejn Ibni. Hu rebah lid-dnub u miet sabiex intom uliedi, tistghu tghixu. Halluni nghinkom ma tmutux izda tghixu ma' Ibni ghal dejjem. Grazzi.

Għeżież uliedi! Illum ukoll ninsab magħkom u qed inħares lejkom u nberikkom u m' iniex se naqta' qalbi li din id-dinja għad tinbidel għat-tajjeb u li l-paċi ssaltan fi qlub il-bnedmin. L-hena se tibda ssaltan fid-dinja għaliex intom inftaħtu għas-sejħa tiegħi u għall-imħabba t' Alla. L-Ispirtu s-Santu qed jibdel lil dik il-multitudni ta' nies li qalu 'iva'. Għaldaqstant nixtieq ngħidilkom: Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Illum b' mod speċjali nixtieq nistedinkom għall-konverżjoni. Mill-lum jalla tibda ħajja ġdida fi qlubkom. Uliedi, nixtieq nara l-'iva' tagħkom, u jalla ħajjitkom issir għajxien ferrieħi tar-rieda ta' Alla f' kull mument ta' ħajjitkom. B' mod speċjali llum, nberikkom bil-barka materna tiegħi ta' paċi, imħabba u għaqda f' qalbi u f' qalb Ibni Ġesu'. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! B' imħabba materna jiena nixtieq niftaħ il-qalb ta' kull wieħed u waħda minnkom u ngħallimkom l-unjoni personali mal-Missier. Biex taċċettaw dan, tridu tifhmu li intom importanti għal Alla u li qed isejħilkom individwalment. Tridu tifhmu li talbkom huwa konverżazzjoni ta' tfajjel ma' Missieru; li l-imħabba hi t-triq li għandkom tterrqu - imħabba lejn Alla u lejn il-proxmu. Din hi, uliedi, l-imħabba li m' għandhiex limiti, din hi l-imħabba li toħroġ mill-verita' u li tibqa' sejra sa' l-aħħar. Imxu warajja wliedi sabiex anke oħrajn, meta jgħarfu il-verita' u l-imħabba fikom, isegwukom. Grazzi.
Għal darb' oħra l-Madonna talbitna nitolbu għar-rgħajja tagħna u qalet: "Għandhom post speċjali f' qalbi. Huma jirrapreżentaw lil Ibni."

Għeżież uliedi, it-talba tiegħi għalikom illum hi biex intom ilkoll tfittxu l-grazzja tal-konverżjoni. Qed tħabbtu fuq il-bieb ta' qalbi, iżda mingħajr tama u talb, u mingħajr is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni ma' Alla. Ħallu d-dnub, tfal ċkejknin, u ddeċidu għall-qdusija. B' dan il-mod biss nista' ngħinkom, nisma' talbkom u ninterċedi għalikom quddiem Alla l-għoli. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]