Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'nberikkom'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'nberikkom'

Total found: 6
Gheziez uliedi! Illum ukoll, b' ferh kbir gewwa qalbi insejhilkom biex timxu warajha u tisimghu l-messaggi tieghi. Kunu messaggiera ferrieha tal-paci u l-imhabba f' din id-dinja bla sliem. Jiena maghkom u nberikkom flimkien ma' Ibni, is-Sultan tal-Paci.

Għeżież uliedi! B' ferħ kbir illum ukoll nixtieq insejħilkom mill-ġdid: itolbu, itolbu, itolbu. Jalla dan ikun żmien ta' talb personali għalikom. Matul il-jum, sibu post fejn tistgħu tinġabru u titolbu bil-ferħ. Jiena nħobbkom u nberikkom ilkoll. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Illum ninsab magħkom u nberikkom bil-barka materna tiegħi tal-paċi u nħeġġiġkom biex tgħixu l-ħajja tagħkom tal-fidi dejjem iktar għax għadkom dgħajfa u m' intomx umli. Inħeġġiġkom tfal ċkejknin li titkellmu inqas u li taħdmu iktar fuq il-konverżjoni personali tagħkom sabiex ix-xhieda tagħkom tagħti l-frott. U jalla ħajjitkom tkun talba bla waqfien. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Illum ukoll ninsab magħkom u qed inħares lejkom u nberikkom u m' iniex se naqta' qalbi li din id-dinja għad tinbidel għat-tajjeb u li l-paċi ssaltan fi qlub il-bnedmin. L-hena se tibda ssaltan fid-dinja għaliex intom inftaħtu għas-sejħa tiegħi u għall-imħabba t' Alla. L-Ispirtu s-Santu qed jibdel lil dik il-multitudni ta' nies li qalu 'iva'. Għaldaqstant nixtieq ngħidilkom: Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Il-qalb materna tiegħi ssoffri tremendament waqt li nħares lejn uliedi, li b' persistenza jpoġġu quddiemhom dak li hu uman qabel dak li hu ta' Alla, lejn uliedi li b' dak kollu li hemm madwarhom u bis-sinjali kollha li jintbagħtulhom xorta waħda jaħsbu li jistgħu jimxu mingħajr Ibni. Ma jistgħux! Qed jimxu lejn it-telfien ta' dejjem. Huwa għal dan il-għan li qed niġborkom, intom li lesti li tiftħu qlubkom għalija, intom li lesti tkunu appostli ta' l-imħabba tiegħi, sabiex tgħinuni; ħalli billi tgħixu l-imħabba ta' Alla intom tistgħu tkunu eżempju għal dawk li ma jafuhiex. Jalla s-sawm u t-talb jgħinkom f' dan u nberikkom b' barka materna fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Grazzi.
Mirjana qalet li l-Madonna kienet qalbha sewda ħafna.

Għeżież uliedi! Illum b' mod speċjali nixtieq nistedinkom għall-konverżjoni. Mill-lum jalla tibda ħajja ġdida fi qlubkom. Uliedi, nixtieq nara l-'iva' tagħkom, u jalla ħajjitkom issir għajxien ferrieħi tar-rieda ta' Alla f' kull mument ta' ħajjitkom. B' mod speċjali llum, nberikkom bil-barka materna tiegħi ta' paċi, imħabba u għaqda f' qalbi u f' qalb Ibni Ġesu'. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]