Our Lady of Medjugorje Messages containing 'missierkom'
Total found: 2 “Gheziez uliedi llum bil-qalb tieghi ta' Omm nixtieq infakkarkom partikolarment u nigbdilkom l-attenzjoni taghkom dwar l-imhabba bla qjies ta' Alla u fuq il-pacenzja li tohrog minnha. Missierkom qed jibghatni u qed jistenna. Qed jistenna lill-qlub miftuha taghkom sabiex ikunu mhejjija ghax-xoghol tieghu. Qed jistenna li fl-ispirtu ta' Ibni, qlubkom ikunu maghquda f' imhabba nisranija u hniena. Titilfux hin uliedi ghax m' intomx is-sidien tieghu. Grazzi. ”
“Gheziez uliedi f' dan iz-zmien ferriehi ta' stennija u ta' preparazzjoni Jiena bhala Omm nixtieq nippuntakom lejn dak li hu l-iktar importanti, ruhkom. Jista' Ibni jitwieled fiha? Hija mnaddfa bl-imhabba mill-gideb, mill-arroganza, mill-mibeghda u mill-hazen? Fuq kollox ruhkom thobb 'l Alla bhala Missierkom u thobb lill-proxmu bhala huha fi Kristu? Jiena qed nippuntakom lejn it-triq li tgholli lil ruhkom f' ghaqda shiha ma' Ibni. X' ferh ikun dan ghalija bhala Omm. Grazzi. ”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose