Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'm'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'm'

Total found: 15
Gheziez uliedi! Anke llum insejhilkom ghall-konverzjoni personali.Kunu intom dawk li jikkonvertu, u bil-hajja taghkom, tkunu xhieda, hobbu, ahfru u gibu l-ferh ta' l-Irxoxt f' din id-dinja fejn Ibni miet u fejn in-nies ma jhossux il-htiega li jfittxuh u li jiskopruH f' hajjithom. Intom tadurawH, u jalla t-tama taghkom tkun tama ghal dawk il-qlub li m' ghandhomx 'l Gesu'. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi!

Gheziez uliedi! Qeghdien tigru, tahdmu, tigbru - izda minghajr ma tbierku. M' intomx titolbu! IIlum insejhilkom biex tieqfu quddiem il-maxtura u timmeditaw fuq Gesu', li Jien naghti lilkom illum ukoll biex iberikkom u jghinkom tifhmu li minghajru m' ghandkomx futur. Ghaldaqstant, tfal ckejknin, itilqu hajjitkom f' idejn Gesu' halli Hu jmexxikom u jipprotegikom minn kull hazen. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Gheziez uliedi llum bil-qalb tieghi ta' Omm nixtieq infakkarkom partikolarment u nigbdilkom l-attenzjoni taghkom dwar l-imhabba bla qjies ta' Alla u fuq il-pacenzja li tohrog minnha. Missierkom qed jibghatni u qed jistenna. Qed jistenna lill-qlub miftuha taghkom sabiex ikunu mhejjija ghax-xoghol tieghu. Qed jistenna li fl-ispirtu ta' Ibni, qlubkom ikunu maghquda f' imhabba nisranija u hniena. Titilfux hin uliedi ghax m' intomx is-sidien tieghu. Grazzi.

Gheziez uliedi! Illum qed insejhilkom mill-gdid ghall-konverzjoni. Tfal ckejknin m' intomx qaddisa biz-zejjed u m' intomx tirraddjaw il-qdusija fuq l-ohrajn, ghaldaqstant itolbu, itolbu, itolbu u ahdmu fuq il-konverzjoni personali taghkom halli intom issiru sinjal ta' l-imhabba t' Alla ghal ohrajn. Jiena maghkom u qed immexxikom lejn l-eternita', li ghaliha kull qalb ghandha tixxennaq. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien ta' grazzja nitlobkom iggeddu t-talb fil-familji. Hejju ruhkom bil-ferh ghall-migja ta' Gesu'. Tfal ckejknin, jalla qlubkom ikunu safja u joghgbu ('l Alla) halli mhabba u tjubija jistghu jghaddu minnkom ghal kull qalb li hi 'l boghod minn imhabbtu. Tfal ckejknin kunu l-idejn mifruxa tieghi, idejn ta' mhabba ghal dawk kollha li huma mitlufa, li m' ghadx ghandhom fidi u tama. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Għeżież uliedi! Mill-ġdid insejħilkom biex timxu warajja bil-ferħ. Nixtieq immexikom ilkoll lejn Ibni, is-Salvatur tagħkom. M' intomx konxji li mingħajru, m' għandkomx hena u paċi, lanqas futur u ħajja eterna. Għaldaqstant tfal ċkejknin, għamlu użu tajjeb ta' dan iż-żmien ta' talb ferrieħi u ta' abbandun. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex flimkien miegħi, tibdew tibnu fi qlubkom is-saltna tas-smewwiet u tinsew dak kollu li hu personali, u mmexija mill-eżempju ta' Ibni, taħsbu f' dak li hu ta' Alla. X' jixtieq Hu minn għandkom? Tħallux lil satana jiftħilkom it-toroq tal-ferħ ta' din id-dinja, toroq fejn m' hemmx Ibni. Uliedi, huma foloz u jdumu ftit. Ibni jeżisti. Jiena noffrilkom il-ferħ etern u l-paċi, l-għaqda ma' Ibni, ma' Alla, Jiena noffrilkom is-saltna t' Alla. Grazzi.

Għeżież uliedi! Illum ninsab magħkom u nberikkom bil-barka materna tiegħi tal-paċi u nħeġġiġkom biex tgħixu l-ħajja tagħkom tal-fidi dejjem iktar għax għadkom dgħajfa u m' intomx umli. Inħeġġiġkom tfal ċkejknin li titkellmu inqas u li taħdmu iktar fuq il-konverżjoni personali tagħkom sabiex ix-xhieda tagħkom tagħti l-frott. U jalla ħajjitkom tkun talba bla waqfien. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Inħares lejkom u nara fi qlubkom mewt mingħajr tama, qlub bla kwiet u bil-ġuħ. M' hemmx talb jew tama f' Alla, u għalhekk l-Iktar Għoli jippermettili niġi biex inġibilkom it-tama u l-hena. Infetħu. Iftħu qlubkom għall-ħniena ta' Alla u Hu jagħtikom kull ma teħtieġu u jimla lil qlubkom bil-paċi, għaliex Huwa l-paċi u t-tama tagħkom. Grazzi talil weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Illum ukoll ninsab magħkom u qed inħares lejkom u nberikkom u m' iniex se naqta' qalbi li din id-dinja għad tinbidel għat-tajjeb u li l-paċi ssaltan fi qlub il-bnedmin. L-hena se tibda ssaltan fid-dinja għaliex intom inftaħtu għas-sejħa tiegħi u għall-imħabba t' Alla. L-Ispirtu s-Santu qed jibdel lil dik il-multitudni ta' nies li qalu 'iva'. Għaldaqstant nixtieq ngħidilkom: Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! B' imħabba materna jiena nixtieq niftaħ il-qalb ta' kull wieħed u waħda minnkom u ngħallimkom l-unjoni personali mal-Missier. Biex taċċettaw dan, tridu tifhmu li intom importanti għal Alla u li qed isejħilkom individwalment. Tridu tifhmu li talbkom huwa konverżazzjoni ta' tfajjel ma' Missieru; li l-imħabba hi t-triq li għandkom tterrqu - imħabba lejn Alla u lejn il-proxmu. Din hi, uliedi, l-imħabba li m' għandhiex limiti, din hi l-imħabba li toħroġ mill-verita' u li tibqa' sejra sa' l-aħħar. Imxu warajja wliedi sabiex anke oħrajn, meta jgħarfu il-verita' u l-imħabba fikom, isegwukom. Grazzi.
Għal darb' oħra l-Madonna talbitna nitolbu għar-rgħajja tagħna u qalet: "Għandhom post speċjali f' qalbi. Huma jirrapreżentaw lil Ibni."

Għeżież uliedi, illum insejħilkom għall-pass iebes u diffiċli, għall-għaqda tagħkom ma' Ibni. Insejħilkom għal stqarrija sħiħa u l-qrara ta' dnubietkom, għall-purifikazzjoni. Qalb mhux safja ma tistgħax tkun ma' Ibni u f' Ibni. Qalb mhux safja ma tisgħax tagħti l-frott ta' l-imħabba u ta' l-għaqda. Qalb mhux safja ma tisgħax twettaq affarijiet korretti u ġusti; m' hijiex eżempju ta' l-isbuħija ta' l-imħabba ta' Alla għal dawk li hemm madwarha u għal dawk li għadhom ma għarfux din l-imħabba. Intom uliedi, qed tinġabru madwari mimlija entużjażmu, xewqat u stennija u jiena bil-ħerqa nitlob lit-twajjeb Missier sabiex permezz ta' l-ispirtu s-Santu, ipoġġi lil Ibni - il-fidi, fil-qalb ippurifikata tagħkom. Uliedi obduni, ejjew terqu miegħi.

Għeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
Mirjana qalet, "Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."

Għeżież uliedi! Qed inħares lejkom u fi qlubkom m' iniex nara ferħ. Illum nixtieq nagħtikom l-ferħ ta' l-Irxoxt, sabiex Hu jmexxikom u jħaddankom b' imħabbtu u bil-ħlewwa tiegħu. Inħobbkom u qed nitlob bla waqfien għall-konverżjoni tagħkom quddiem Ibni Ġesu'. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb kollha, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-dinja għalikom biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn għalikom biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk kollha li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom: itolbu għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]