Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'lilkom'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'lilkom'

Total found: 17
Gheziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-fidi u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija*, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid. Itolbu biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-fidi u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom.
*Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk kollha prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.

Gheziez uliedi! Ghall-fatt li Jien qed nigi ghandkom hawn fostkom, il-kobor t' Alla qed jigi rifless u t-triq lejn l-hena eterna ma' Alla qed tinfetah. Thossukomx dghajfa, wahedkom u abbandunati. Bil-fidi, it-talb u l-imhabba, itilghu l-gholja tas-salvazzjoni. Jalla l-quddiesa, l-oghla u l-aktar att qawwi ta' talb ghalikom, tkun ic-centru tal-hajja spiritwali taghkom. Emmnu u hobbu uliedi. Dawk li Ibni ghazel u sejjah jghinukom f' dan ukoll. Lilkom u b' mod specjali lilhom, naghti l-barka materna tieghi. Grazzi.
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u anke l-oggetti religjuzi li gabu bil-barka materna taghha.

Gheziez uliedi, illum, bil-qalb tieghi ta' omm, insejhilkom lilkom hawn migbura madwari, sabiex thobbu lill-proxmu taghkom. Uliedi ieqfu! Harsu f' ghajnejn hukom u araw lil Gesu', Ibni. Jekk taraw ferh, ifirhu mieghu. Jekk hemm l-ugigh f' ghajnejn hukom, bil-hlewwa u t-tjubija taghkom, nehhuh ghax minghajr imhabba intom mitlufa. L-imhabba biss hija effettiva; hi twettaq il-mirakli. L-imhabba taghtikom l-ghaqda f' Ibni u r-rebha ta' qalbi. Ghaldaqstant uliedi, hobbu.
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu. Ghal darb' ohra regghet qaltilna sabiex nitolbu ghar-rghajja taghna.

Gheziez uliedi! Jalla hajjitkom mill-gdid tkun decizzjon favur il-paci. Kunu messaggiera ferrieha tal-paci u tinsewx li intom qed tghixu fi zmien ta' grazzja fejn Alla qed jaghtikom grazzji kbar permezz tal-pezenza tieghi. Tghalqux lilkom nfuskom tfal ckejknin, izda ghamlu uzu tajjeb minn dan iz-zmienu u fittxu d-don tal-paci u l-imhabba fil-hajja taghkom, halli tkunu xhieda ghal ohrajn. Inberikkom bil-barka materna tieghi. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! B' mod specjali nitlobkom ilkoll sabiex titolbu ghall-intenzjonijiet tieghi, halli permezz ta' talbkom tkunu tistghu twaqqfu l-pjanijiet tax-xitan fuq din id-dinja, li kuljum hi dejjem iktar 'l boghod minn Alla u li qed tqieghed lilha nnifisha fil-post ta' Alla u qed teqred dak kollu li hu sabih u tajjeb fir-ruh ta' kull wiehed minnkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin, ipprotegu lilkom infuskom bit-talb u s-sawm halli tkunu konxji kemm Alla jhobbkom u tkunu tistghu twettqu r-rieda t' Alla. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Gheziez uliedi, f' dan iz-zmien qaddis ta' stennija ferrieha, Alla ghazel lilkom ic-ckejknin biex iwettaq l-intenzjonijiet kbar tieghu. Uliedi, kunu umli. Permezz ta' l-umilta' taghkom, bl-gherf tieghu, Alla jaghmel minn qlubkom dar maghzula. Intom iddawwluha bl-ghemil tajjeb taghkom u ghaldaqstant b' hekk, b' qalb miftuha, intom tilqghu t-twelid ta' Ibni fl-imhabba generuza kollha tieghu. Grazzi gheziez uliedi.
Wara l-Madonna ziedet tghid, "Bil-qalb nitlob 'l Alla biex jaghti qawwa u mhabba lir-rghajja taghkom, biex ighinukom f' dan u jmexxukom."

Gheziez uliedi! Qeghdien tigru, tahdmu, tigbru - izda minghajr ma tbierku. M' intomx titolbu! IIlum insejhilkom biex tieqfu quddiem il-maxtura u timmeditaw fuq Gesu', li Jien naghti lilkom illum ukoll biex iberikkom u jghinkom tifhmu li minghajru m' ghandkomx futur. Ghaldaqstant, tfal ckejknin, itilqu hajjitkom f' idejn Gesu' halli Hu jmexxikom u jipprotegikom minn kull hazen. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! Illum insejhilkom biex sincerament tharsu fi qlubkom fit-tul. X' ser taraw fihom? Fejn hu Ibni fihom u fejn hi x-xewqa li timxu lejh warajja? Uliedi jalla dan iz-zmien ta' cahda ikun ghalikom zmien fejn intom tistaqsu lilkom infuskom: 'X'irid personalment minni l-Mulej? X'ghandi naghmel?' Itolbu, sumu u kunu ta' qalb hanina. Tinsewx lir-rghajja taghkom. Itolbu sabiex ma jintilfux, sabiex jibqghu f' Ibni halli hekk ikunu rghajja tajba ghal merhla.
Il-Madonna mbaghad harset lejn kull min kien prezenti u qalghet:
Nerga' nghidilkom, kieku biss tkunu tafu kemm inhobbkom, tibku bil-ferh. Grazzi.

Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien inheggigkom ilkoll biex titolbu ghall-migja ta' l-Ispirtu s-Santu fuq kull persuna mghammda halli l-Ispirtu s-Santu jgeddidkom ilkoll u jmexxikom fil-moghdija tax-xhieda tal-fidi taghkom - lilkom u lil dawk li huma 'l boghod minn Alla u minn imhabbtu. Jiena maghkom u nintercedi ghalikom quddiem Alla l-gholi. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! Qed insejhilkom ghax ghandi bzonnkom. Ghandi bzonn il-qlub taghkom lesti biex ihobbu bla limiti - qlub li ma jkunux imtaqqla mill-vanita - qlub li lesti jhobbu kif habb Ibni - li lesti jissaggrifikaw lilhom infushom bhalma Ibni ssaggrifika lilu nnifsu. Ghandi bzonnkom. Sabiex tigu mieghi ahfru lilkom infuskom, ahfru lil xulxin u aduraw lil Ibni. Adurawh anke ghal dawk li ghadhom ma jafuhx, ghal dawk li ma jhobbuhx. Ghalhekk ghandi bzonnkom; ghalhekk qed insejhilkom. Grazzi.

Gheziez uliedi! Waqt li nhares lejkom, qalbi tieqaf bl-ugigh. Fejn sejrien uliedi? Gheriqtu tant fil-fond fi dnubietkom li ma tistghux tieqfu lilkom infuskom? Tiggustifikaw lilkom infuskom bid-dnub u tghixu skontu. Inzlu gharkubtejkom taht is-salib u harsu lejn Ibni. Hu rebah lid-dnub u miet sabiex intom uliedi, tistghu tghixu. Halluni nghinkom ma tmutux izda tghixu ma' Ibni ghal dejjem. Grazzi.

Gheziez uliedi, illum qed insejhilkom sabiex, b' fiducja shiha u b' imhabba, tigu timxu mieghi, ghax jien nixtieq nlaqqghakom ma' Ibni. La tibzghux uliedi, jiena ninsab hawn maghkom, jiena ninsab ma' genbkom. Jiena qed nurikom it-triq kif tahfru lilkom infuskom, kif tahfru lil ohrajn, u b' soghba sinciera f' qalbkom, tinzlu gharkubtejkom quddiem il-Missier. Mewtu minn gewwa fikom kull ma jtellifkom milli thobbu u ssalvaw - halli tkunu tistghu tkunu Mieghu u fiH. Iddeciedu ghal bidu gdid, ghal bidu ta' mhabba sinciera lejn Alla nnifsu. Grazzi.

Għeżież uliedi! Illum insejħilkom biex bit-talb u s-sawm, tnaddfu t-triq li minnha jgħaddi Ibni fi qlubkom. Aċcettawni bħala omm, u bħala messaġġiera ta' l-imħabba t' Alla u tax-xewqa tiegħu ghas-salvazzjoni tagħkom. Eħilsu lilkom infuskom minn dak kollu li jtaqqalkom mill-passat u jagħtikom sens ta' ħtija; minn dak kollu li wassalkom għall-iżball - għad-dlam. Aċcettaw id-dawl. Erġgħu twieldu mill-ġdid fil-ġustizzja ta' Ibni. Grazzi.

Reflection of message


Għeżież uliedi, is-sejħa materna li qed nindirizza lejkom illum, hija sejħa ta' verita' u ħajja. Ibni, li hu ħajja, iħobbkom u jafkom fil-verita'. Biex issiru tafu u tħobbu lilkom infuskom, tridu ssiru tafu lil Ibni; biex issiru tafu u tħobbu lil ohrajn tridu taraw lil Ibni fihom. Għalhekk uliedi itolbu, itolbu ħalli tkunu tistgħu tifhmu u ċċedu bi spirtu li hu ħieles, tkunu mibdula kompletament, u b' dan il-mod, ikun jista' ikollkom is-saltna tas-sema fi qlubkom hawn fl-art. Grazzi.

Għeżież uliedi, illum qed nitlob hawn magħkom sabiex tkunu tistgħu tiġbru s-saħħa li tiftħu qlubkom u hekk ssiru konxji tal-qawwa ta' l-imħabba ta' Alla li qed ibati. Permezz ta' din l-imħabba, tjubija u ġentilezza tiegħu, jiena wkoll ninsab magħkom. Nistedinkom għal dan iż-żmien speċjali ta' preparazzjoni sabiex ikun żmien ta' talb, ta' penitenza u ta' konverżjoni. Uliedi, għandkom bżonn ta' Alla. Ma tistgħux timxu 'l quddiem mingħajr Ibni. Meta tifhmu u taċċettaw dan, dak li kien imwiegħed lilkom iseħħ. Permezz ta' l-Ispirtu s-Santu, is-Saltna tas-Sema titnissel fi qlubkom. Jiena qed immexxikom lejn dan. Grazzi.

Għeżież uliedi, qed tinġabru madwari, qed tfittxu triqitkom, qed tfittxu, tfittxu l-verita' iżda qed tinsew dak li hu l-iktar importanti, qed tinsew titolbu sewwa. Xuftejkom ilissnu ħafna kliem, iżda l-ispirtu tagħkom ma jħoss xejn. Waqt li tiġġerrew fid-dlam, saħansitra qed timmaġinaw lil Alla nnifsu skont ma taħsbu intom, u mhux kif inhu tassew f' imħabbtu. Għeżież uliedi, it-talb sew joħroġ mill-fond tal-qalb, mit-tbatija tagħkom, mill-ferħ tagħkom, filli tfittxu l-maħfra tad-dnubiet. Din hi l-mogħdija li permezz tagħha tgħarfu lil Alla l-veru, u permezz tagħha anke lilkom nfuskom, għax intom ġejtu maħluqa skont Hu. It-talb jwassalkom għat-twettiq tax-xewqa tiegħi, tal-missjoni tiegħi fostkom, għall-għaqda fil-familja ta' Alla. Grazzi.
Mirjana ma kienitx f' Medjugorje għad-dehra llum. Qaltilna li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti, irringrazzjathom u talbitna nitolbu għas-saċerdoti.

Għeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
Mirjana qalet, "Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]