Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'kollox'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'kollox'

Total found: 7
Gheziez uliedi, b' imhabba materna nixtieq inheggigkom biex thobbu lill-proxmu taghkom. J'Alla Ibni jkun l-ghajn ta' dik l-imhabba. Hu li seta' jaghmel kollox bil-qawwa, ghazel l-imhabba u takom ezempju. Illum ukoll permezz tieghi, Alla qed jesprimi lejkom tjubija bla limiti u intom uliedi obbligati twiegbu ghaliha. Bl-istess tjubija u generozita giebu ruhkom ma' l-erwieh li tiltaqghu maghhom. J' Alla mhabbitkom tikkonvertihom. B' dan il-mod Ibni u mhabbtu jirxuxtaw fikom. Grazzi.
Il-Madonna ziedet : "Ir-rghajja taghkom ghandhom ikunu fi qlubkom u f' talbkom."

Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien tar-rebbiegha fejn kollox qed jerga' jistenbah mir-raqda xitwija, intom tergghu tqajmu lil erwiehkom permezz tat-talb halli jkunu jisghtu jilqghu d-dawl ta' Kristu Rxoxt. Tfal ckejknin, jalla Hu jqarribkom aktar lejn qalbu halli tinftehu aktar ghall-hajja eterna. Nitlob ghalikom u nintercedi quddiem il-Mulej Alla l-gholi ghall-konverzjoni sinciera taghkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Gheziez uliedi, b' qalb materna llum qed insejhilkom biex titghallmu tahfru kompletament u bla ebda kundizzjonijiet. Intom tbatu ingustizzja, tradimenti u persekuzzjonijiet, izda b' dan intom eqreb u eghzez ghal Alla. Gheziez uliedi, itolbu ghad-don ta' l-imhabba. L-imhabba biss tahfer kollox, bhalma Ibni jahfer - imxu warajh. Jiena ninsab fostkom u qed nitlob sabiex meta intom tigu quddiem il-Missier tkunu tistghu tghidu, 'Hawn jien Missier, jien imxejt wara Ibnek, kelli l-imhabba u hfirt mill-qalb ghax jien emmint fil-gudizzju tieghek u afdajtek.' Grazzi.

Gheziez uliedi f' dan iz-zmien ferriehi ta' stennija u ta' preparazzjoni Jiena bhala Omm nixtieq nippuntakom lejn dak li hu l-iktar importanti, ruhkom. Jista' Ibni jitwieled fiha? Hija mnaddfa bl-imhabba mill-gideb, mill-arroganza, mill-mibeghda u mill-hazen? Fuq kollox ruhkom thobb 'l Alla bhala Missierkom u thobb lill-proxmu bhala huha fi Kristu? Jiena qed nippuntakom lejn it-triq li tgholli lil ruhkom f' ghaqda shiha ma' Ibni. X' ferh ikun dan ghalija bhala Omm. Grazzi.

Għeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-mod ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-dinja. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex titwieldu mill-ġdid fit-talb, u permezz ta' l-Ispirtu s-Santu ssiru poplu ġdid flimkien ma' Ibni; poplu li jaf li jekk tilef lil Alla, tilef lilu innifsu; poplu li jaf li flimkien ma' Alla, għalkemm qalb tant tbatija u provi, huwa fiż-żgur u salv. Insejħilkom sabiex tinġabru fil-familja ta' Alla u li tissaħħu bil-qawwa tal-Missier. Bħala individwi, uliedi, intom ma tistgħux twaqqfu l-ħażen li jrid jibda jsaltan f' din id-dinja u jeqridha. Iżda skont ir-rieda ta' Alla, ilkoll flimkien, ma' Ibni intom tistgħu tbiddlu kollox u tfejqu lid-dinja. Insejħilkom sabiex titolbu b' qalbkom kollha għar-rgħajja tagħkom għaliex Ibni għażilhom. Grazzi.

Għeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]