Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ilkoll'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ilkoll'

Total found: 14
Gheziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-fidi u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija*, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid. Itolbu biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-fidi u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom.
*Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk kollha prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.

Gheziez uliedi! B' mod specjali nitlobkom ilkoll sabiex titolbu ghall-intenzjonijiet tieghi, halli permezz ta' talbkom tkunu tistghu twaqqfu l-pjanijiet tax-xitan fuq din id-dinja, li kuljum hi dejjem iktar 'l boghod minn Alla u li qed tqieghed lilha nnifisha fil-post ta' Alla u qed teqred dak kollu li hu sabih u tajjeb fir-ruh ta' kull wiehed minnkom. Ghaldaqstant tfal ckejknin, ipprotegu lilkom infuskom bit-talb u s-sawm halli tkunu konxji kemm Alla jhobbkom u tkunu tistghu twettqu r-rieda t' Alla. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien inheggigkom ilkoll biex titolbu ghall-migja ta' l-Ispirtu s-Santu fuq kull persuna mghammda halli l-Ispirtu s-Santu jgeddidkom ilkoll u jmexxikom fil-moghdija tax-xhieda tal-fidi taghkom - lilkom u lil dawk li huma 'l boghod minn Alla u minn imhabbtu. Jiena maghkom u nintercedi ghalikom quddiem Alla l-gholi. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Gheziez uliedi, b' ferh ahdmu b' persistenza fuq il-konverzjoni taghkom. Offru l-ferh u t-tbatijiet kollha taghkom lill-Qalb Immakulata tieghi halli Jien immexxikom ilkoll lejn il-wisq mahbub Ibni, halli intom ssibu l-hena fil-Qalb tieghu. Jiena maghkom sabiex nghallimkom u mmexxikom lejn l-eternita'. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! Illum ukoll qed ingibilkom il-barka tieghi, inberikkom ilkoll u nitlobkom tikbru fuq din it-triq, li Alla beda permezz tieghi ghas-salvazzjoni taghkom. Itolbu, sumu u b' ferh ixhdu ghall-fidi taghkom tfal ckejknin, u j'Alla qlubkom ikunu dejjem mimilja talb. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! F' dan il-jum ta' ferh, ingibkom ilkoll quddiem Ibni, is-Sultan tal-paci, sabiex Hu jaghtikom il-paci u l-barka tieghu. Tfal ckejknin, b' imhabba aqsmu din il-paci u din il-barka ma' l-ohrajn. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Gheziez uliedi! Jalla dan iz-zmien ikun zmien ta' talb personali ghalikom sabiex iz-zerriegha tal-fidi tikber fi qlubkom; u jalla tikber f' xhieda ferrihija ghal ohrajn. Jiena maghkom u nixtieq nispirakom ilkoll: ikbru u ifirhu fil-Mulej li halaqkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.

Għeżież uliedi! Illum ukoll nixtieq insejħilkom biex tkunu b' saħħitkom fit-talb u fil-waqtiet meta jattakkawkom il-provi. Għixu l-vokazzjoni kristjana tagħkom fil-ferħ u fl-umilta' u ixhdu quddiem kulħadd. Jiena magħkom u nġorrkom ilkoll quddiem Ibni Ġesu', u Hu jkun is-saħħa u l-appoġġ tagħkom. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Mill-ġdid insejħilkom biex timxu warajja bil-ferħ. Nixtieq immexikom ilkoll lejn Ibni, is-Salvatur tagħkom. M' intomx konxji li mingħajru, m' għandkomx hena u paċi, lanqas futur u ħajja eterna. Għaldaqstant tfal ċkejknin, għamlu użu tajjeb ta' dan iż-żmien ta' talb ferrieħi u ta' abbandun. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! B' ferħ kbir illum ukoll nixtieq insejħilkom mill-ġdid: itolbu, itolbu, itolbu. Jalla dan ikun żmien ta' talb personali għalikom. Matul il-jum, sibu post fejn tistgħu tinġabru u titolbu bil-ferħ. Jiena nħobbkom u nberikkom ilkoll. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, it-talba tiegħi għalikom illum hi biex intom ilkoll tfittxu l-grazzja tal-konverżjoni. Qed tħabbtu fuq il-bieb ta' qalbi, iżda mingħajr tama u talb, u mingħajr is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni ma' Alla. Ħallu d-dnub, tfal ċkejknin, u ddeċidu għall-qdusija. B' dan il-mod biss nista' ngħinkom, nisma' talbkom u ninterċedi għalikom quddiem Alla l-għoli. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex titwieldu mill-ġdid fit-talb, u permezz ta' l-Ispirtu s-Santu ssiru poplu ġdid flimkien ma' Ibni; poplu li jaf li jekk tilef lil Alla, tilef lilu innifsu; poplu li jaf li flimkien ma' Alla, għalkemm qalb tant tbatija u provi, huwa fiż-żgur u salv. Insejħilkom sabiex tinġabru fil-familja ta' Alla u li tissaħħu bil-qawwa tal-Missier. Bħala individwi, uliedi, intom ma tistgħux twaqqfu l-ħażen li jrid jibda jsaltan f' din id-dinja u jeqridha. Iżda skont ir-rieda ta' Alla, ilkoll flimkien, ma' Ibni intom tistgħu tbiddlu kollox u tfejqu lid-dinja. Insejħilkom sabiex titolbu b' qalbkom kollha għar-rgħajja tagħkom għaliex Ibni għażilhom. Grazzi.

Għeżież uliedi! Insejħilkom, sabiex dan iż-żmien ikun għalikom ilkoll, żmien ta' xhieda. Intom li tgħixu fl-imħabba ta' Alla u esperjenzajtu d-doni tiegħu, ixhdu għalihom bi kliemkom u ħajjitkom ħalli dawn ikunu għall-hena u għall-inkuraġġiment ta' l-oħrajn fil-fidi. Jiena magħkom u l-ħin kollu ninterċedi għalikom quddiem Alla sabiex il-fidi tagħkom dejjem tkun ħajja, ferrieħa u fl-imħabba ta' Alla. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb kollha, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-dinja għalikom biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn għalikom biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk kollha li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom: itolbu għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]