Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'eżempju'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'eżempju'

Total found: 5
Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex flimkien miegħi, tibdew tibnu fi qlubkom is-saltna tas-smewwiet u tinsew dak kollu li hu personali, u mmexija mill-eżempju ta' Ibni, taħsbu f' dak li hu ta' Alla. X' jixtieq Hu minn għandkom? Tħallux lil satana jiftħilkom it-toroq tal-ferħ ta' din id-dinja, toroq fejn m' hemmx Ibni. Uliedi, huma foloz u jdumu ftit. Ibni jeżisti. Jiena noffrilkom il-ferħ etern u l-paċi, l-għaqda ma' Ibni, ma' Alla, Jiena noffrilkom is-saltna t' Alla. Grazzi.

Għeżież uliedi, jalla dan iż-żmien ikun żmien ta' talb għalikom. Is-sejħa tiegħi tfal ċkejknin, tixtieq tkun għalikom sejħa sabiex tiddeċiedu li ssegwu t-triq tal-konverżjoni; għaldaqstant itolbu u fittxu l-interċessjoni tal-qaddisin kollha. Jalla huma jkunu għalikom eżempju, inċentiv u hena lejn il-ħajja ta' dejjem. Grazzi talli weġibtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! In-natura qegħedha tistenbaħ, u fuq is-sigar l-ewwel żagħar li għad iġibu fjuri u frott mill-isbaħ qed jibdew jidhru. Jiena nixtieq li intom ukoll tfal ċkejknin taħdmu fuq il-konverżjoni tagħkom u tkunu dawk li jixhdu b' ħajjithom sabiex l-eżempju tagħkom ikun sinjal u inċentiv għall-konverżjoni fl-oħrajn. Jiena magħkom u quddiem Ibni ninterċedi għall-konverżjoni tagħkom. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! Il-qalb materna tiegħi ssoffri tremendament waqt li nħares lejn uliedi, li b' persistenza jpoġġu quddiemhom dak li hu uman qabel dak li hu ta' Alla, lejn uliedi li b' dak kollu li hemm madwarhom u bis-sinjali kollha li jintbagħtulhom xorta waħda jaħsbu li jistgħu jimxu mingħajr Ibni. Ma jistgħux! Qed jimxu lejn it-telfien ta' dejjem. Huwa għal dan il-għan li qed niġborkom, intom li lesti li tiftħu qlubkom għalija, intom li lesti tkunu appostli ta' l-imħabba tiegħi, sabiex tgħinuni; ħalli billi tgħixu l-imħabba ta' Alla intom tistgħu tkunu eżempju għal dawk li ma jafuhiex. Jalla s-sawm u t-talb jgħinkom f' dan u nberikkom b' barka materna fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Grazzi.
Mirjana qalet li l-Madonna kienet qalbha sewda ħafna.

Għeżież uliedi, illum insejħilkom għall-pass iebes u diffiċli, għall-għaqda tagħkom ma' Ibni. Insejħilkom għal stqarrija sħiħa u l-qrara ta' dnubietkom, għall-purifikazzjoni. Qalb mhux safja ma tistgħax tkun ma' Ibni u f' Ibni. Qalb mhux safja ma tisgħax tagħti l-frott ta' l-imħabba u ta' l-għaqda. Qalb mhux safja ma tisgħax twettaq affarijiet korretti u ġusti; m' hijiex eżempju ta' l-isbuħija ta' l-imħabba ta' Alla għal dawk li hemm madwarha u għal dawk li għadhom ma għarfux din l-imħabba. Intom uliedi, qed tinġabru madwari mimlija entużjażmu, xewqat u stennija u jiena bil-ħerqa nitlob lit-twajjeb Missier sabiex permezz ta' l-ispirtu s-Santu, ipoġġi lil Ibni - il-fidi, fil-qalb ippurifikata tagħkom. Uliedi obduni, ejjew terqu miegħi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]