Language 

Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN] | Site Map  | About[EN]

www.medjugorje.ws » Text version » Our Lady of Medjugorje Messages » Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ġdid'

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'ġdid'

Total found: 5
Għeżież uliedi! Illum insejħilkom biex bit-talb u s-sawm, tnaddfu t-triq li minnha jgħaddi Ibni fi qlubkom. Aċcettawni bħala omm, u bħala messaġġiera ta' l-imħabba t' Alla u tax-xewqa tiegħu ghas-salvazzjoni tagħkom. Eħilsu lilkom infuskom minn dak kollu li jtaqqalkom mill-passat u jagħtikom sens ta' ħtija; minn dak kollu li wassalkom għall-iżball - għad-dlam. Aċcettaw id-dawl. Erġgħu twieldu mill-ġdid fil-ġustizzja ta' Ibni. Grazzi.

Reflection of message


Għeżież uliedi! Mill-ġdid insejħilkom biex timxu warajja bil-ferħ. Nixtieq immexikom ilkoll lejn Ibni, is-Salvatur tagħkom. M' intomx konxji li mingħajru, m' għandkomx hena u paċi, lanqas futur u ħajja eterna. Għaldaqstant tfal ċkejknin, għamlu użu tajjeb ta' dan iż-żmien ta' talb ferrieħi u ta' abbandun. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi! B' ferħ kbir illum ukoll nixtieq insejħilkom mill-ġdid: itolbu, itolbu, itolbu. Jalla dan ikun żmien ta' talb personali għalikom. Matul il-jum, sibu post fejn tistgħu tinġabru u titolbu bil-ferħ. Jiena nħobbkom u nberikkom ilkoll. Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.

Għeżież uliedi, illum nistedinkom sabiex titwieldu mill-ġdid fit-talb, u permezz ta' l-Ispirtu s-Santu ssiru poplu ġdid flimkien ma' Ibni; poplu li jaf li jekk tilef lil Alla, tilef lilu innifsu; poplu li jaf li flimkien ma' Alla, għalkemm qalb tant tbatija u provi, huwa fiż-żgur u salv. Insejħilkom sabiex tinġabru fil-familja ta' Alla u li tissaħħu bil-qawwa tal-Missier. Bħala individwi, uliedi, intom ma tistgħux twaqqfu l-ħażen li jrid jibda jsaltan f' din id-dinja u jeqridha. Iżda skont ir-rieda ta' Alla, ilkoll flimkien, ma' Ibni intom tistgħu tbiddlu kollox u tfejqu lid-dinja. Insejħilkom sabiex titolbu b' qalbkom kollha għar-rgħajja tagħkom għaliex Ibni għażilhom. Grazzi.

Għeżież uliedi; b' qalbi u ruħi kollha mimlija b' fidi u b' imħabba fil-Missier tas-smewwiet, Jiena tajtkom lil Ibni u qed nerġa' nagħtihulkom mill-ġdid. Ibni wassalkom, nies tad-dinja kollha, sabiex issiru tafu l-uniku veru Alla u mħabbtu. Hu mexxikom fuq it-triq tal-verita' u għamilkom aħwa. Għaldaqstant uliedi titwarrbux, tgħalqux qalbkom għal din il-verita', tama u mħabba. Kollox madwarkom jgħaddi u kollox qed jaqa' biċċiet, il-glorja ta' Alla biss tibqa'. Għalhekk iċħdu kull ma jbiegħdkom mill-Mulej. Aduraw lilu biss, għax Hu biss il-veru Alla. Jiena magħkom u se nibqa' magħkom. Qed nitlob speċjalment għar-rgħajja sabiex ikunu rappreżentanti denji ta' Ibni u jmexxukom b' imħabba fuq it-triq tal-verita'. Grazzi.

To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 

PC version: This page | Medjugorje | Apparitions[EN]  | Our Lady of Medjugorje Messages  | Medjugorje News & Articles[EN]  | Galery[EN]  | Medjugorje Videos[EN]